L-eks Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, reġa’ attakka l-Qorti għax ma tatux raġun.
“Unbelievable,” qal Simon Busuttil fuq l-aħħar minn sensiela ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti li kkonfermaw kemm kien żbaljat, qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista. Il-PL spjega kif sal-lum Simon Busuttil messu fehem li l-iktar ħaġa li ma titwemminx hija l-attitudni tiegħu.
Qal li għax meta l-Qorti tatih raġun joħroġ ifaħħarha u jgħajjat kemm qed jaħdem għal ġustizzja u meta jitlef joħroġ jattakkaha u jgħid li m’hawnx fejn tmur għal ġustizzja. Għal Simon Busuttil il-Qorti taħdem biss jekk tgħoġob lilu tant li f’dan il-każ stess prova jbiddel l-Imħallef u spiċċa tilef każ kostituzzjonali.
Il-PL qal għax Simon Busuttil jemmen f’rule of law fejn jakkuża hu u jekk jista’ jkun jiġġudika hu. Twemmin ta’ min hu arroganti u li baqa’ ma tgħallem xejn, anke jekk għal darba wara oħra istituzzjonijiet indipendenti ddikjaraw li ried iqarraq u akkuża bla provi.