L-attendenza fl-iskejjel primarji u sekondarji tjiebet b’sitta u disgħin elf jum. Dan wasal grazzi għal waħda minn tnax-il mira ewlenija li l-Gvern implimenta fl-ewwel mitt jum ta’ din il-leġiżlatura.
Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri spjega kif il-mira li l-attendenza fl-iskejjel primarji titjieb bi tnejn fil-mija intlaħqet.
Dan filwaqt li dik fl-iskejjel sekondarji, minkejja li tjiebet, ma ntleħqitx. Madanakollu, Fabri nnota li din tat lezzjoni fejn jidħol l-operat.
Mira oħra kienet dik li jkunu mgħejjuna tfal li qed jgħixu f’ambjent diffiċli jew vulnerabbli. Is-Segretarju Permanenti Prinċipali Mario Cutajar spjega kif kull każ kien studjat għalih u kien allokat ukoll fondta’ miljun ewro.