L-attakki terroristiċi f’Barċellona huma att kriminali mill-ISIS li qed jirrappreżentaw lilhom infushom. Dan qalu fi stqarrija l-Imam Mohammed Elsadi li spjega kif uħud mill-vittmi tal-attakk terroristiku f’Barċellona kienu ġejjin minn pajjiżi Musulmani. Huwa ddeskriva dan l-attakk bħala wieħed kontra l-umanità.
L-Imam żied jgħid li l-IS huwa l-ikbar għadu tal-Iżlam. Iddeskriva dawn l-attakki bħala theddida għall-Musulani li qed jgħixu f’pajjiżi Ewropej u huma intenzjonati biex inisslu l-firda u l-biżà bejn il-Musulmani u dawk li mhumiex.
F’isem il-komunità Musulmana f’Malta, l-Imam irringrazzja lil Malta u lill-pajjiżi Ewropej għall-ospitalità u l-ġenerożità li wrew ma’ miljuni ta’ Musulmani u appella biex il-Musulmani u l-Iżlam ma jkunux iġġudikati fuq l-azzjonijiet ta’ ftit kriminali. Dan filwaqt li esprima solidarjetà mal-familji tal-vittmi fi Spjana u mal-poplu Spanjol.