“L-attakki mill-Hamas ma ġewx mix-xejn… Dawn ilhom 56 sena f’okkupazzjoni soffokanti”
Stqarr dan is-Segretraju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Antonio Guterres b’rabta mal-ġlied li għaddej bejn il-Palestinjani u l-Iżraeljani.
B’reazzjoni għal dan Iżrael qal kif dawn il-kummenti huma despriġjattivi u b’hekk uffiċjali tal-Ġnus Magħquda mhux se jitħallew aktar jidħlu f’Iżrael.
Intant, aktar qabel il-midja internazzjonali rrappurtat kif is-servizzi fl-isptarijiet ta’ Gaza ser jieqfu, hekk kif spiċċa l-fjuwil.
Il-Ġnus Magħquda, li qed tissuplixxi l-akbar għajnuna f’Gaza, qalet li jekk mhux se jkollha fjuwil sal-lejla, din ma tistax taħdem aktar.
Matul il-lejl li għadda tmien trakkijiet oħra qasmu mill-Eġittu lejn Gaza, iżda l-aġenziji volontarji qalu li minn tal-inqas hemm bżonn mitt trakk kuljum mgħobbi bl-għajnuna sabiex jilħaq lil dawk kollha maqbuda u fil-bżonn.
Intant, fis-sigħat li għaddew inqatlu aktar minn mitt persuna oħra f’Gaza, bit-total jaqbeż issa il-6,500.
Min-naħa l-oħra, 1,400 inqatlu f’Iżrael u oħrajn jinsabu ostaġġi.