L-Ukrajna sostniet li l-attakk bil-missili l-Ġimgħa fil-kwartieri tal-flotta Russa fil-Baħar l-Iswed, kienet intenzjonat li jolqot laqgħa bejn uffiċjali Navali Russi.
Fi stqarrija qasira, il-militar Ukren sostna li l-attakk ikkawża numru ta’ mwiet madankollu ma provdiex aktar dettalji. Intant il-Ġimgħa Moska qalet li persuna waħda hija nieqsa wara dan l-attakk.
Il-flotta Russa bbażata fil-port ta’ Sevastopol hija magħrufa bħala waħda fuq l-aqwa mill-forzi Navali Russi.
Sors fi ħdan il-militar Ukren spjega mal-BBC li fl-attakk tal-Ġimgħa intużaw missili magħrufa bħala Storm Shadow. Franza u l-Ingilterra ssupplixxew dawn il-missili.