Kien ikkonfermat minn imkejjen fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista li l-attakk fuq il-Viċi-Kap, Mario De Marco, huwa instigat ukoll mill-fatt li membri milll-klikka estrema fil-Partit Nazzjonalista kienet waslitilhom informazzjoni li Allied News Papers u Adrian Hillman kienu se jaslu fi ftehim.
Ftehim biex iwaqggħu l-każi fil-konfront ta’ xulxin. Mario De Marco huwa membru tal-fondazzjoni Strickland li għandha l-maġġoranza tal-ishma fil-kumpanija Allied Newspapers.
Adrian Hillman, l-eks Direttur Maniġerjali tal-istess kumpanija, kien irriżenja wara numru ta’ allegazzjonijiet li saru fejn implikaw koruzzjoni bejnu u kumpaniji taċ-chief of staff tal-Prim Ministru.
Strateġisti tal-Partit Nazzjonalista kienu qed jippretendu li se jkollhom iktar materjal biex jonfħu din l-istorja li oriġinat mill-blog ta’ Daphne Carauna Galizia.
Peró rriżulta li wara inkjesta interna Allied Newsaper ħassew li kien ikun aħjar jaslu fi ftehim ma’ Hillman. Ftehim li għamluh uffiċjali tul il-jum tat-Tlieta.
Persuni b’esperjenza legali sostnew li hekk jirriżulta li li mill-inkjesta ma rriżultawx l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni. Għax kieku d-Diretturi ta’ Allied ma kienux ikunu f’pożizzjoni li jaslu fi ftehim barra l-qorti.
Saħansitra ċ-ċhief of staff tal-Prim Ministru reġa’ appella kif f’ġieħ it-trasparenza Allied Newspaper għandhom jippubblikaw l-inkjesta indipendenti. Xi ħaġa li sa issa rrifjutaw li jagħmlu.
Imkejjen fid-Dar Ċentrali u l-Imrieħel, fejn it-Times għandha l-uffiċċji tagħha spjegaw kif kumbinazzjoni kien fl-istess żmien li bdiet tiġri l-kelma li jista’ jkun hemm ftehim bejn Hillman u t-Times li De Marco beda jiġi attakkat b’qawwa minn Daphne Caruana Galiza u esponenti oħra tal-Partit Nazzjonalista.
Saħansitra kien attakkat bil-kundizzjoni medika tiegħu u għalkemm De Marco qal li jħossu mweġġa, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, fl-ebda ħin ma kien komdu jikkundanna l-attakki fil-konfront tiegħu.