L-attakk b’sikkina li sar f’Manchester, l-Ingilterra tul il-lejl tat-Tnejn qed jiġi trattat bħala attakk terroristiku mill-Pulizija. Tliet persuni, inkluż uffiċjal tal-Pulizija, sfaw midruba fl-istazzjon tal-ferrovija magħuf bħala Victoria waqt ċelebrazzjonijiet ta’ lejet l-Ewwel tas-Sena fil-belt Ingiliża.
Raġel ta’ 25 sena qed jinżamm arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ dan l-attakk. Żewġt iskieken instabu viċin il-post fejn seħħ ir-reat, bil-Pulizija għadhom għaddejjin b’xi tfittxijiet fl-inħawi.
Intant, it-tliet vittmi ta’ dan l-attakk, li tnejn minnhom huma raġel u mara ta’ 50 sena kull wieħed, qed isofri minn ġrieħi gravi, iżda m’humiex fil-periklu li jitilfu ħajjithom. Fl-istess ħin, l-istazzjon Victoria qed jerġa’ jopera mill-ġdid.