Min jirranġa xagħru jew il-parrokka.
Min jagħmel l-aħħar irtokki fuq wiċċu.
Min jipprova xi nota jew jipprova xi linja li baqgħet tħabbtu sal-aħħar u min eċitat ħa jgiddem dufrejh.
Hekk ikunu l-atturi li qed jieħdu sehem fil-pantomimi li jiġu organizzati fit-teatri u fis-swali matul dawn il-festi.
Dan l-istazzjon mar fuq wara tal-palk tas-sala ta’ Sir Temi Zammit fl-Università ftit qabel waħda mir-rappreżentazzjonijiet tal-Pantomima La Valette u t-tliet Muscatieri organizzata mill-kumpanija Bronk.
Hemm hekk tkellimna m’attur li jkun anzjuż biex mhux biss joffri spettaklu iżda anki jnissel tbissima fost l-udjenza.
Micallef spjega li “Dejjem tkun differenti nista’ ngħid il-għaliex tistenna udjenza differenti, atteġjament differenti min-naħa tal-udjenza u ovvjament qabel tibda l-pantomima tkun daqxejn kif taqbad tgħid tkun eċitat u forsi taħseb aktar fuq il-play, tinsa l-affarijiet tas-soltu.”
Ma setax jonqos li nkellmu wkoll lil dak li qed jagħmel il-parti tad-dama għall-għaxar sena konsekuttiva.
Kellimnih f’mument kruċjali ħafna, bejn tibdila u oħra f’nofs ir-rappreżentazzjoni.
Borg qal “Ejja l-ewwel biċċa lesta għax l-eċitament issa laħaq telaq issa gas down biex inbiddlu. Għandi tlettax-il kostum, hemm minnhom fi ftit sekondi, għandi l-għajnuna, il-ħajjat li jħit il-kostumi, l-assistenti tiegħu. Imma s’sissa dejjem irnexxilna.”
Ma naqas iċ-ċapċip u l-pjaċir li l-udjenza esprimiet hekk kif rat din il-Pantomima li se tibqa’ titella’ sas-sitta ta’ Jannar li ġej.