Fl-ajruport Internazzjonali ta’ Malta, il-President ta’ Special Olympics Malta, Dr Lydia Abela, iltaqgħet mal-kontinġent Malti tal-Olimpijadi Speċjali qabel ħalla l-pajjiż lejn il-kapitali Ġermaniża, Berlin.
L-Olimpijadi Speċjali se jsiru bejn is-17 u l-25 ta’ Ġunju u Malta se tkun qed tiġi rrappreżentata minn 22 atleta.
Dr Lydia Abela ferħet lill-atleti kollha u ħeġġithom jemmnu fihom infushom. Hija qalet li hija kburija bihom u ċerta li se jagħmlu lil Maltin kburin.
Lydia Abela qalet “Jiena kburija ħafna bihom, naf kemm għamlu sagrifiċċju, kemm ittrenjaw u m’għandix dubju li hemmhekk se jagħmlu prestazzjoni tajba ħafna u se jagħmlu lil Malta kburija. Nixtiqilhom minn qalbi li jmorru tajjeb. Se nkunu hemmhkek magħhom biex nagħtihom is-sapport kollu li jixirqilhom.”
Tkellimna mal-coach taċ-ċikliżmu, Winston Pirotta, li spjegalna l-ħidma sfiqa li kellhom iwettqu l-atleti sabiex ikunu preparati għal dan l-avveniment tant importnati għalihom.
Il-kowċ Pirotta qal “Tajthom it-training kollu li stajt. Huma pparteċipaw u taw sehemhom, jiġifieri effort kbir, u persważ li kif immorru hemmhkek u nieħdu pjaċir, forsi nġibu xi midalja jew tnejn lura wkoll.”
ONE News lijawgura lit-tim kollu li se jkun qed jirrapreżenta lil Malta f’Berlin.