L-atleti maltin kellhom riżultati mill-aqwa waqt it-tielet edizzjoni tal-La Valette Marathon li ġiet organizzata l-Ħadd filgħodu. Il-maratona, li fiha ħadu sehem madwar elfejn atleta, rat lill-parteċipanti jgħaddu tul il-kosta maltija u jispiċċaw ix-Xatt tal-Birgu.
Charlton Debono daħal fit-tieni post fil-Maratona prinċipali, disa’ minuti wara d-daniż Mathisen Thijs li daħal l-ewwel f’ħin ta’ sagħtejn 25 minuta u 12-il sekonda. Ante Zivkovic spiċċa fit-tielet pożizzjoni.
Fil-kategorija tan-nisa, l-atleta maltija Josann Attard Pulis temmet fit-tieni post wara l-atleta mill-Kenya Sylvia Mmboga Medugu. Il-kenjana rebħet f’ħin ta’ sagħtejn 46 minuta 2 sekondi. L-Ingliża Jemma Steele spiċċat it-tielet.
Il-maltin iddominaw fin-Nofs Maratona tal-irġiel hekk kif fl-ewwel tliet positjiet daħlu atleti lokali. Ir-rebbieħ kien Dillon Cassar f’ħin ta’ siegħa seba’ minuti u 31 sekonda. Huwa kien segwiet 14-il sekonda warajh minn Luke Micallef li daħal 14-il sekonda fiwaqt li David Borg spiċċa t-tielet.
In-Nofs Maratona tan-nisa intrebħet mill-atleta lokali Jemima Farley f’ħin ta’ siegħa 15-il minuta u 43 sekonda. Farley, li hoija atleta ingliża li pero tgħix Malta kienet rebħet il-Maratona ta’ Malta fi Frar li għadda.
Fit-tieni post daħlet il-maltija Rosalie Borg Cauchi filwaqt li l-iSpanjola Jessica Bonet spiċċat it-tielet.
It-tellieqa tal-10 kilometri intrebħet minn Mandy Cortis f’ħin ta’ 46 minuta 20 sekonda filwaqt li f’dik tal-irġiel Christopher Buhagiar spiċċa fit-tieni post wara l-amerikan Davin Rincon Fuentes.
Kien hemm ukoll ir-relays li ġew iddominati mill-maltin.
Ir-relay marathon intrebħet min The Club Rookies(Juan Bonello, Andre Pace, Dean Abela u Alexander Formosa). Żiffa Power u Project X spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.
Ir-relay tan-nofs marathon intrebħet minn Qorru Power (Jamie Chetcuti, Gianni Ciappara, Glenn Bonello u Luigi Grech). Fit-tieni spiċċaw St. Patrick’s AC1 filwaqt li Bellizzi 1 spiċċaw fit-tielet post.
Charlton Debono (It-tieni fil-Maratona tal-Irġiel)
Josann Attard Pulis (It-tieni fil-Maratona tan-Nisa)
Dillon Cassar (Rebbieħ tan-Nofs Maratona tal-irġiel)