Suċċess ieħor għall-atleta tal-MMA Fighting Matthew Camilleri hekk kif il-Ġimgħa filgħaxija sar l-ewwel ġellied malti li qatt rebaħ ġlieda fil-kompetizzjoni prestiġġjuża Cage Warriors (CW).
Camilleri kien qed jiġġieled fid-diviżjoni Lightweight u għeleb lit-taljan Niccolo Solinas fit-tieni round tal-ġlieda.
Camilleri, li għandu 28 sena, ilu għal dawn l-aħħar snin jgħix l-Ingilterra fejn kompla jsaħħaħ il-karriera tiegħu f’dan l-isport. Huwa jitħarreġ man-Next Generation MMA Liverpool Gym
Huwa sar atleta uffiċjali tal-Cage Warriors (CW) aktar kmieni din is-sena u dik tal-bieraħ kienet is-seba’ rebħa minn disa’ ġlidiet professjonali tal-MMA. Huwa anke msieħeb mal-American Kickboxing Academy.
Camilleri jinsab irrenkjat fl-34 post minn 246 atleta tal-Pro Lightweight fil-Gran Brittanja u l-Irlanda.