L-atleta ta’ 24 sena mill-Belarus, Krystina Timanovskaya, ingħatat viża għal raġunijiet umanitarji mill-Polonja u bħalissa tinsab fl-ambaxxata tal-pajjiż f’Tokjo.
Hija mistennija li titlaq mill-Ġappun għada.
Dan seħħ hekk kif l-atleta ttieħdet bil-forza lejn l-ajruport biex taqbad triqitha lejn il-Belarus, wara li hija allegatament twaqqfet milli tikkompeti mat-tim talli kkritikat lill-kowċis tagħha waqt l-Olimpjadi.