L-atleta Olimpika mill-Belarus, Krystsina Tsimanouskaya, tinsab sigura wara li talbet għall-protezzjoni mill-Pulizija Ġappuniża.
Dan wara li t-tim tagħha ordnalha ttir lejn id-dar; talba li hi rrifjutat.
L-atleta żagħzugħa ta’ erbgħa u għoxrin sena qattgħet il-lejl f’lukanda fl-ajruport Haneda f’Tokjo.
Hija qalet li ġiet sfurzata tmur l-ajruport wara li kritikat lill-kowċis tat-tim tagħha.
Pajjiżha qal li tneħħiet mit-tim minħabba l-istat emozzjonali tagħha.
Ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja offrew li jagħtu visa lill-atleta, wara li qed ikun irrappurtat li ż-żagħżugħa qed tfittex l-ażil fl-Ewropa.
Diversi aġenziji kkuntattjawha, fosthom l-aġenzija tar-refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda.