L-atleta Malti Adrian Mifsud rebaħ 3 midalji tad-deheb matul il-41 edizzjoni tal-Medigames, f’Algarve, fil-Portugal.
Il-World Medicine and Health Games sar l-aktar avveniment importanti madwar id-dinja miftuħ għall-membri tal-kamp mediku u professjonisti tas-saħħa.
L-atleta Adrian Mifsud, li huwa impjegat ta’ San Vinċenz de Paul, ħa sehem fi ‘track events’ tal-5,000 metru, 3,000 metru u 1,500 metru u kiseb tliet midalji tad-deheb f’kull kategorija.
Kull sena, dan l-avveniment jara l-parteċipazzjoni ta’ 1,500 atleta minn madwar 40 pajjiż biex jieħdu sehem f’madwar 20 dixxiplina sportiva differenti.