Ix-xena sportiva internazzjonali qed tibki t-telfa taċ-champion tad-dinja tal-maratona, il-kenjan Kelvin Kiptum, li tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku. Kiptum tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq. Miegħu fil-karozza kien hemm il-kowċ Gervais Hakizimana u l-atleta Sharon Chepkemoi. Hakizimana wkoll tilef ħajtu fl-inċident, filwaqt li Chepkemoi irnexxielha ssalva.
Kiptum, li kellu 24 sena, kiser ir-rekord dinji tal-maratona f’Chicago, f’Ottubru li għadda meta kien ġera t-42 kilometru f’sagħtejn u ħamsa u tletin sekonda. Dak-in nhar kiser ir-rekord tad-dinja tal-kenjan l-ieħor Eliud Kipchoge, li min-naħa tiegħu kien waqqaf ir-rekord fl-2022.
Kiptum kien qed iħejjji sabiex jikkompeti fil-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi tas-sajf li ġej fejn kien hemm stennija kbira għall-wirja tiegħu.
Kienu bosta li wrew is-sogħba ghall-mewt ta’ Kiptum fosthom il-Prim Ministru tal-Kenja Raila Odinga.
(Photo Credit: AFP)