L-awtoritajiet għas-saħħa rċevew konferma uffiċjali mill-kumpanija Astrazeneca li l-kunsinnja tal-vaċċin tal-COVID-19 li waslet Malta nhar il-Ħadd li għadda tista’ tintuża.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li kien ivverifikat li t-temperatura tal-vaċċini nżammet skont il-kriterji stabbiliti tul it-traġitt tagħhom lejn pajjiżna.
Il-Ministeru għas-Saħħa temm jgħid li b’hekk l-istrateġija tal-vaċċin tal-COVID-19 tista’ tissokta kif pjanat, bl-ewwel vaċċini tal-Astrazeneca jibdew jingħataw lill-frontliners mhux mediċi li għandhom inqas minn 55 sena.