L-Unjoni Ewropea temmet l-azzjonijiet legali mal-AstraZeneca.
Dan wara li l-AstraZeneca qablet li tagħti 300 miljun doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lill-Unjoni Ewropea sa Marzu tas-sena d-dieħla.
Wara dan il-ftehim, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa, Stella Kyriakides qalet kif din il-ġimgħa l-Unjoni Ewropea laħqet il-mira ta’ 70% tal-adulti mlaqqma kontra l-virus.
Qalet li l-Unjoni Ewropea trid tibqa’ taħdem biex it-tilqim ikun iżjed disponibbli.
F’April li għadda, l-Unjoni Ewropea kienet bdiet azzjoni legali kontra l-AstraZeneca, wara li din naqset milli tonora l-ftehim li kienet żammet magħha.