L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Ikel, l-ACE, laqgħet tajjeb l-estensjoni,sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, tal-Covid Wage Supplement għall-ħaddiema li ntlaqtu l-agħar bil-pandemija.
Fi stqarrija ntqal li din l-estensjoni saret wara diskussjonijiet bejn l-assoċjazzjoni u l-Ministeru għall-Intrapriża.
L-ACE qalet li l-estensjoni se tgħin lill-istabbilimenti tal-ikel jirkupraw mill-effetti tal-pandemija. Se tgħin ukoll biex ittaffi l-impatti li ġabet magħha l-gwerra fl-Ukrajna.
L-ACE qalet ukoll li din l-estensjoni se tgħin lil dan is-settur biex jirranka għall-istaġun tas-sajf.