L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering qed tħeġġeġ lill-membri biex il-ħaddiema li jaħdmu f’dan is-settur jieħdu l-vaċċin kontra l-COVID-19.
Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni qalet li qed tappoġġja d-deċiżjoni tal-Gvern Malti li turisti jidħlu f’pajjiżna jekk ikunu mlaqqma kompletament, biex is-sitwazzjoni tibqa’ taħt kontroll u n-negozji jibqgħu għaddejjin.
L-ACE semmiet ukoll il-vouchers u kemm dawn taw spinta ’l quddiem fil-bejgħ, u għamlu referenza għas-suċċess li bih qed jitmexxa l-programm ta’ vaċċinazzjoni f’pajjiżna.