L-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering ukoll laqgħet il-miżuri mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa Maltin u ħeġġet lill-membri tagħha li għadhom ma tlaqqmux biex jieħdu l-vaċċin.
L-ACE nnutat kif is-sajf li għadda, l-istabbiliment reġgħu ħadu l-ħajja wara li ġiet introdotta l-ewwel skema tal-vouchers tal-Gvern, fi żmien meta d-dinja kienet għadha qed tittama li jinħoloq vaċċin kontra l-virus.
B’differenza, dan is-sajf, minbarra skema oħra ta’ vouchers li tfisser injezzjoni qawwija fl-ekonomija, hemm ukoll il-vaċċin.
Fil-fatt, l-Assoċjazzjoni qalet li grazzi għal sistema tas-saħħa effiċjenti u organizzata f’pajjiżna, Malta għandha l-ogħla rata ta’ tilqim fl-Unjoni Ewropea, bi tmenin fil-mija tal-popolazzjoni adulta mlaqqma kompletament.
Għaldaqstant appellat biex kull għadu ma ħax il-vaċċin jagħmel dan u jżomm f’moħħu l-komunità tan-negozju u ċ-ċittadini kollha b’mod ġenerali.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/07/10/nipprotegu-dak-li-ksibna-flimkien-il-gwu-tilqa-l-mizuri-tal-gvern-marbuta-mal-ivvjaggar-sigur/