L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Istabbilimenti tal-Catering laqgħet il-ftuħ gradwali tar-ristoranti u l-isnack bars li tħabbar mill-Gvern aktar kmieni llum, u qalet ukoll li l-iskema l-ġdida tal-vouchers se tgħin fl-irkupru tal-ekonomija.
Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni talbr lill-pubbliku biex jgħin lill-intrapriżi lokali billi jippjanaw skont il-ftuħ tar-ristoranti u stabbilimenti oħra.
L-Assoċjazzjoni talbet ukoll biex sas-17 ta’ Mejju jinfetħu l-istabbilimenti tal-catering b’mod sħiħ, hekk kif m’hemmx prova xjentifika li l-ftuħ tar-ristoranti joħloq xi konsegwenzi fid-dawl tal-pandemija. Temmet tappella wkoll biex ikompli l-infurzar dwar persuni li jinġemgħu fil-pubbliku, kif filfatt tħabbar ukoll.