L-Assoċjazzjoni tal-Catering laqgħet b’sodisfazzjon l-aħbar dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ġodda li ħabbar il-Gvern proprju lbieraħ.
Fi stqarrija l-Assoċjazjoni spjegat kif fid-dawl taċ-ċirkustanzi preżenti, il-Prim Ministru għal darb’oħra ħabbar miżuri li huma neċessarji f’dan il-mument fejn qalu kif lock down totali mhux ir-risposta iżda li permezz ta’ miżuri maħsuba sew, Malta tista’ tikkontrolla din il-pandemija.
Kien għalekk li l-Assoċjażżjoni rringrazzjat lill-Gvern għall-għajnuna li ġiet provduta lin-negozji.
L-Assoċjazzjoni sejħet ukoll lis-sidien ta’ proprjetajiet kummerċjali biex jifhmu aktar lil min qed jikri mingħandhom fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi.
Qalu kif bħalissa mhux il-mument għal retorika u kif il-pajjiż irid jingħaqad wara l-Prim Ministru.