L-Assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis organizzat il-kampjonat nazzjonali tagħha fejn diversi plejers ħadu sehem f’kompetizzjonijiet individwali riservati għal diversi kategoriji ta’ eta’.
Fil-kategorija ta’ taħt il-11-il sena tas-subien, spikka Danny Scicluna li kkonferma l-potenzjal tiegħu meta rebaħ fil-finali kontra Jake Arora. Sadanittant fil-kategorija tal-bniet, kienet Julia Bonnici li kisbet is-suċċess mixtieq bit-tieni post meħud minn Mireille Bonett.
Kien hemm ukoll is-sezzjoni tad-doubles mill-istess kategorija u din id-darba Danny Scicluna u Julia Bonnici wrew il-konsistenza tagħhom meta rebħu din il-kompetizzjoni bil-koppja Jake Arora u Ben Vella jispiċċaw fit-tieni post.
Finalment saret ukoll il-kompetizzjoni doubles maskili ta’ taħt id-19-il sena fejn Luke Fenech u Luke Bonello ħarġu rebbieħa fuq Matthew Zammit u Michael Zammit li eventwalment spiċċaw fit-tieni post.
Matul din il-ġimgħa jkomplu dawn il-kampjonati nazzjonali biex jiġu determinati aktar rebbieħa fil-kategoriji tagħhom.