Nhar il-Ħadd li ġej l-24 ta’ Frar 2019 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bl-attivitajiet bil-karozzi autocross fejn se tiġi organizzata is-6 attività mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2018/2019.
L-attività tibda fl-10.00am u lejn l-aħħar tal-attività l-Assoċjazzjoni se tkun qed torganizza l-ewwel edizzjoni tal-‘Ladies Demolition Derby’ 2019 li mistennija tibda fit-3.00pm.
F’din l-ewwel edizzjoni tal-Ladies Demolition Derby se naraw 10 kompetituri jidħlu għal din l-isfida li wara diversi snin jissapportjaw lil membri tal-familja tagħhom jew lil l-irgiel tagħhom nhar il-Ħadd se jkunu qed naraw l-istorja mil-faċċata l-oħra fejn il-mara se tkun qed tieħu post ir-raġel wara l-isteering.
L-Assoċjazzjoni qed tagħmel dan bl-iskop li nkunu qed naraw iktar partiċipazzjoni tal-mara fl-isport.
L-Assoċjazzjoni kellha diversi attivitajiet iddedikati għall-mara matul iż-żmien inqataw għal diversi ragunijiet.
Il-kompetituri se jkunu qed jikkompetu fuq karozzi mhux ikbar min 4 metri (13 il-pied).
Intant nhar il-Ħadd li għadda ġiet organizata it-tielet attività mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2018/2019 fejn irreġistaw 16 il-kompetitur maqsuma f’erba klassijiet.
L-attività saret fil-Barriera tal-Ballut Blocks Ltd limiti tan-Naxxar.
L-Assoċjazzjoni tieħu l-okkażjoni biex tirringrazzja lis-sidien ta’ dan is-sit fejn jaċċettaw li nużaw dan il-post għal dan it-tip ta’ Motor Sport.
Matul il-ġurnata komplejna naraw lil Bernard Sammut fuq mutur Beta jiddomina fuq trakka twila 2.3 kilometri.
Sammut irreġistra l-aħjar ħin waqt il-pole position segwit min Joseph Scicluna fuq mutur KTM u Matthew Gauci fuq mutur Beta.
Sammut kompla itejjeb il-ħin tiegħu matul iz-zewġ heats uffiċjali biex spiċċa rebaħ il-ġurnata b’total ta’ ħin 11 il-minuta 27.698 sekondi segwit min Gauci li minkejja li avvanza pozizjoni matul il-heats spiċċa l-ġuranta b’total ta’ ħin ta’ 11 il-minuta 43.307 sekonda.
Fit-tielet post daħal Scicluna b’ħin ta’ 12 il-minuta 37.376 sekondi.
Mill-Klassi B rajna lil Gabriel Muscat fuq mutur KTM jirbaħ din il-klassi b’ħin ta’ 13 il-minuta 57.282 sekondi segwit min Aidan Camilleri fuq mutur KTM b’ħin ta’ 15 il-minuta 19.525 sekondi.
It-tielet post intrebaħ min Rowen Bonello fuq mutur Beta b’ħin ta’ 16 il-minuta 37.873 sekondi.
Mill-Klassi C rajna lil Kurt Muscat fuq mutur Yamaha jirbaħ din il-klassi b’total ta’ ħin ta’ 18 il-minuta 12.560 sekondi.
Muscat spiċċa segwit min Kyle Stone fuq mutur KTM b’ħin ta’ 19 il-minuta 2.376 sekondi waqt li fit-tielet post daħal Mario Gatt fuq mutur Yamaha b’ħin ta’ 28 minuta 43.713 sekondi.
Mill-Klassi Juniors li jaqaw fija it-tfal rajna lil Julian Scicluna fuq mutur Oset li jaħdem bil-batterija b’ħin totali ta’ 23 minuta 3.512 sekondi.
Scicluna kien segwit min Antoine Muscat fuq mutur KTM. Muscat spiċċa f’din il-pożizzjoni wara li ma rnexilux jispiċċa it-tieni ġirja mal-ħin.