L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) ssospendiet id-direttivi li kienet se ddaħħal fis-seħħ u minflok se tiltaqa’ ma’ uffiċjali tal-Gvern illum. Flimkien se jiddiskutu l-ftehim li ntlaħaq mal-Vitals Global Healthcare għat-tmexxija tal-isptaraijiet san Luqa, Karen Grech u l-isptar ġenerali ta’ Għawdex.
Il-MAM qalet li se tibqa’ tiltaqa’ internament biex tiddiskutu l-eżitu tal-laqgħat bejnha u bejn il-Gvern.