Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pedjatrija appellat lill-ġenituri ta’ tfal li għandhom bejn ħames u ħdax-il sena sabiex ilaqqmu lil uliedhom kontra l-COVID-19.
L-assoċjazzjoni elenkat numru ta’ raġunijiet għal dan.
Fosthom li għalkemm il-kumplikazzjonijiet mill-infezzjoni huma baxxi fi tfal ta’ dawn l-etajiet xorta waħda jistgħu ikunu esperjenzati.
It-tfal ta’ dawn l-etajiet qegħdin jirrispondu tajjeb għall-vaċċin li huwa 90% effettiv kontra l-coronavirus kif ukoll aċċennat għall-fatt li l-vaċċin ittieħed minn miljuni ta’ tfal fl-Amerka biċ-ċans tal-myocarditis huwa wieħed baxx ferm.
Myocarditis li hija fjammazzjoni tal-qalb tista’ xorta waħda tkun esperjenzata f’każijiet tal-COVID-19.
Finalment huma tennew, li l-vaċċin għat-tfal ser jipproteġi lit-tfal ta’ dawn l-etajiet matul il-pandemija.