L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Boxing ħabbret li ġiet iddikkjarata uffiċjalment membru permanenti tal European Boxing Union waqt il-laqgħa annwali li saret ġewwa Brussell. Kien ilhom sena biss membri proviżorji.
Il-European Boxing Union, jew kif inhi aħjar magħrufha bħala EBU, hija sotto organizzazjoni tal-World Boxing Council u d-dmir tagħha jinvolvi li tkun ir-regolatur tal-isport tal-boxing fil-kontinent Ewropew.
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-boxing hija l-41 għaqda li ġiet magħrufa bħala membru. Ghal hafna atleti fl-Ewropa, li tirbaħ titlu tal-EBU huwa pass importanti ħafna sabiex eventwalment jikkwalifikaw sabiex jikkompetu għal titli taħt l-World Boxing Council u l-World Boxing Associaton. Wara li ġiet iffurmata l-Unjoni Ewropeja, l- EBU ħarget sotto titli differenti taħt it-titlu principali sabiex jagħmlu distinzjoni bejn dawk l-pajjiżi membri (EBU-EU) u dawk li mhumiex (EBU-EE) u tiġbor taħt il-kappa tagħha 50 pajjiż bi tlett kwarti ta’ biljun resident.
L-Kap Eżekuttiv tal-Assoccjazzjoni Maltija tal-boxing, Marc James, qal li jinsabu onorati u kuntenti b’din id-deċizjoni u appoġġ li ġew mogħtija.
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-boxing giet imwaqqfa fl-2014 bħala għaqda volontarja rikonoxxuta minn Sport Malta u hija magħmula minn 7 membri fil-kumitat Ezekuttiv, u 9 klabbs affiljati magħha.