L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball offriet il-Padiljun sportiv f’Ta’ Qali offriet il-Padiljun Sportiv lill-awtoritajiet tas-saħħa minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.
Dan intqal fi stqarrija mill-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball Paul Sultuna, li qal li bħalissa l-awtoritajiet tas-saħħa u l-istaff mediku qed jagħmlu xogħol eċċellenti sabiex jiġġieldu l-imxija tal-Coronavirus.
Fl-istqarrija, il-President tal-Assoċjazzjoni qal li l-assoċjazzjoni għadha kif avżat lill-Ministeru tas-Saħħa li qed toffri l-padiljun sportiv f’Ta’ Qali lis-settur mediku.
L-assoċjazzjoni għalqet l-istqarrija billi appellat lill-pubbliku biex isegwu l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.