Illum ġie ffirmat memorandum of understanding bejn il-Borża ta’ Malta u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Azzjonisti u l-Investituri.
Ftehim li sar fil-preżenza tal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, u li permezz tiegħu, l-istess assċojazzjoni se jkollha uffiċċju fil-Bini tal-Borża ta’ Malta.
Dan filwaqt li se tirċievi elfejn ewro f’kontribuzzjoni finanzjarja annwali u se jkollha aċċess għat-teknologija li għandha l-Borza ta’ Malta.
Dan kollu sar waqt it-tielet konferenza tal-Borza ta’ Malta fuq il-litteriżmu finanzjarju, fejn fiha l-investituri jkunu aġġornati bl-aħħar żviluppi.