L-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Ristoranti nnotat b’sodisfazzjoni l-ftehmiet li l-linja nazzjoanli tal-ajru Air Malta rnexxielhom tilħaq mal-ħaddiema kollha tal-kumpanja għajr il-bdoti li huma rappreżentati mill-ALPA.
Fi stqarrija, l-MHRA nnotat li l-istrateġija li tal-Gvern li jkabbar l-operat tal-Air Malta. Qalet li din il-politika hija f’konformità ma’ dak li kien ilu jiġi snin propost mill-MHRA.
L-Assoċjazzjoni qalet li l-Air Malta għandha ġejjieni sabiħ quddiemha fid-dawl tas-sitwazzjoni li teżisti fil-pajjiżi ġirien ta’ Malta. Qalet li dan joffri opportunità għall-ħaddiema kollha tal-Air Malta biex jimxu ’l quddiem u jieħu vantaġġ minn din l-espansjoni.
Il-President tal-MHRA Tony Zahra esprima t-tama tiegħu li l-piloti jieħdu vantaġġ ukoll minn dawn l-opportunitajiet eċċitanti għall-kumpanija. Qal li d-direzzjoni ta’ tkabbir se twassal għal żieda fil-flotta u għal aktar opportunitajiet ‘il quddiem. Huwa appella lill-AlPA biex tkun parti minn dan il-futur eċċitanti.