Wara li l-membri tal-Malta Bowling Association (MBA) ivvuttaw biex ibiddlu l-isem tal-assoċjazzjoni (minn “Malta Tenpin Bowling Association” (MTBA) għal “Malta Bowling Association” (MBA)) fl-aħħar AGM tagħhom fi Frar ta’ dis-sena, il-kumitat tal-assoċjazzjoni nazzjonali tal-bowling iddeċieda li jieħdu din l-opportunita sabiex jaġġornaw il-logo tagħhom.
Il-President tal-MBA, Edward Mifsud, ta ftit kliem fuq din id-deċiżjoni u fuq x’jirrappreżenta l-logo l-ġdid għall-assoċjazzjoni nazzjonali tal-bowling f’Malta:
“Il-logo l-ġdid tal-Malta Bowling Association sinjali bidla fid-direzzjoni tal-assoċjazzjoni fil-valuri u fil-kultura korporattiva tagħha, b’hekk, l-assoċjazzjoni ħassitha mġiegħla biex toħloq dehra ġdida. Il-logo il-ġdid huwa ddisinjat biex jappella lejn iż-żgħażagħ tagħna waqt li l-assoċjazzjoni tkompli tipprova tagħti ħajja ġdida fil-komunità ċkejkna li għandna. Iddeċidejna flimkien li kienet importanti li dan il-logo jesprima l-kuluri tal-bandiera ta’ Malta u li jidher fih is-Salib tal-Ordni ta’ San Ġwann minħabba l-identità kulturali tagħha għalina Maltin.”
Dan it-tibdil għandu jittama li jfisser era ġdida ta’ progress għall-MBA hekk kif ikomplu jikbru bħala assoċjazzjoni f’dan il-perjodu kontinwu ta’ suċċess li qegħdin jesperjenzaw permezz tal-atleti rispettati tagħhom.