Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali għamlet referenza għall-inċident li seħħ nhar l-Erbgha 30 ta’ Mejju 2018, fejn il-Kunsillier tal-Gżira, f’isem il-Partit Nazzjonalista Jeremy Cardona, allegatament safa fil-mira ta’ kuntrattur privat minħabba attivitajiet marbuta ma’ xogħolu.
L-Assoċjazzjoni ikkundannat kull aġir simili fuq kull uffiċjal pubbliku, partikolarment Sindki, Viċi Sindki u Kunsilliera, li jagħtu ħafna minn ħinhom b’ mod volontarju, għall-lokalitajiet rispettivi tagħhom.
L-Assocjazzjoni Kunsilli Lokali fakret ukoll illi dawn qegħdin jirrapreżentaw lill-pubbliku u għaldaqstant għandhom jingħataw l-akbar ġieħ u rispett għas-sagrifiċċji li jagħmlu.
Il-President tal-assoċjazzjoni Mario Fava tenna li azzjonaijiet bħal dawn iwasslu biss sabiex jisskoraġġixu membri oħra tal-pubbliku milli huma wkoll jagħtu s-sehem tagħhom fil-lokal u għaldaqstant, ħeġġeġ sabiex l-Awtoritajiet jaraw li persuni li jwettqu theddid jew reati simili, jiġu mwissija severament u ssir ġustizzja.