L-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering, l-ACE, laqgħet l-aħbar li mill-ewwel ġimgħa ta’ Frar il-Gvern se jkompli jneħħi bosta restrizzjonijiet b’rabta mal-Covid-19.
Fi stqarrija l-ACE qalet kif ilha għal dawn l-aħħar jiem tiddiskuti mal-Gvern dwar dawn ir-restrizzjonijiet u l-impatt li jista’ jkollhom fuq is-settur.
L-Assoċjazzjoni nnutat is-sitwzzjoni taħt kontroll li hawn f’pajjiżna b’rabta mal-pandemija u tenniet li wasal iż-żmien li r-restrizzjonijiet jibdew jitneħħew.
L-ACE żiedet tgħid li l-pajjiż issa għandu jiffoka biex ikompli jgħolli l-livelli tal-qasam turistiku, sabiex fix-xhur li ġejjin nerġgħu nibdew naraw in-numri pożittivi li konna naraw qabel il-pandemija.