L-Assoċċjazzjoni tal-Ħaddiema Għawdxin, l-AGEM, faħħret ir-raba’ vapur tal-Gozo Channel kif ukoll tal-għotja lil residenti Għawdxin li jaħdmu Malta li se jkopru ċertu spejjeż li l-ħaddiema nefqu fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.
Fi stqarrija, l-AGEM żiedet tispjega kif mill-bidu ta’ Lulju, ħaddiema Għawdxin mistennija jirċievu informazzjoni dwar kif huma jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema.
L-applikazzjoni għal dan il-benefiċċju mill-Gvern se tkun disponibbli bejn l-1 ta’ Lulju u l-15 ta’ Awwissu li ġej, bis-sussidju jkopri l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.
Dwar il-wasla tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel, l-AGEM qalet li dan se jsaħħaħ il-konnettività bejn Malta u Għawdex. Dan minkejja li l-Oppożizzjoni, primarjament id-Deputat Għawdxi Chris Said, maqdar il-wasla ta’ dan ir-raba’ vapur.