L-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis, l-ARUC, esprimiet it-tħassib tagħha dwar prodotti semi-sintetiċi magħmulin mill-cannabinoid, li huma disponibbli fis-suq Malti.
Dawn il-prodotti, imsejħa HHC, HXC jew THC-Mix, jistgħu jinxtraw f’affarijiet bħal fjuri, ħaxixa, u oġġetti tal-ikel bħal gummies, u qed jinbiegħu fil-miftuħ f’diversi ħwienet u anki jaslu bil-couriers li jwasslu l-ikel.
L-ARUC spjegat li ċ-Ċentru Ewropew li jissorvelja d-drogi u l-vizzju tad-droga, li dawn it-tip ta’ prodotti tfaċċaw fis-suq Amerikan lejn l-aħħar tas-sena elfejn u wieħed u għoxrin.
Dawn il-prodotti jinbiegħu bħala sostitut għall-kannabis, u rapporti jindikaw li jekk jiġu kkonsmati f’dożi kbar, iħallu ċerti effetti psikoattivi.
L-HHC b’mod partikolari mhix ikkontrollata fis-sistema internazzjonali tal-kontroll tad-drogi, u wisq inqas fl-istati membri Ewropej.
L-Awtorità Maltija enfasizzat li dawn il-prodotti mhumiex regolati bil-liġi Maltija u ma jinstabux b’mod naturali fil-pjanta tal-kannabis.