Bi tweġiba għal rapporti fil-midja dwar il-projbizzjoni tal-kultivazzjoni tal-kannabis fuq barra mill-assoċjazzjonijiet li huma liċenzjati, l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis, l-ARUC, iċċarat li, bħala sustanza kkontrollata, huma meħtieġa miżuri stretti ta’ sigurtà f’kull stadju.
Dan jinkludi l-parametri ambjentali stretti introdotti biex jiġi żgurat li l-kannabis ikkultivata u mqassma lill-membri tkun ħielsa minn kontaminanti li jinsabu fl-apert, bħal partiċelli, insetti u riskji ta’ mard komuni.
L-NGO Releaf Malta wriet il-frustrazzjoni tagħha għall-fatt li ġew imposti dawn id-direttivi li, skontha, jikkontradixxi prattiċi favur l-ambjent u jġiegħel lill-assoċjazzjonijiet liċenzjati biex jiddependu fuq dawl artifiċjali u metodi oħrajn li jikkonsmaw l-enerġija.