Tkun ħasra jekk l-artisti wkoll jispiċċaw ballun politiku tal-Partit Nazzjonalista. Hekk saħaq il-Partit Laburista fi stqarrija.
Dawk tal-aħħar sigħat mhumiex l-ewwel sforzi tal-PN biex jattakka l-organizazzjoni ta’ Valletta 2018. Organizazzjoni li fl-aħħar snin inolviet mijiet ta’ artisti u eluf ta’ Maltin f’avvenimenti ta’ livell internazzjonali u wħud tal-ewwel għall-pajjiżna.
Quddiem l-attakki tal-Partit Nazzjonalista, instigati għal darb oħra mill-MEPs tal-PN li ma waqfux jaħdmu kontra Malta, l-appell hu lill-organizazzjoni ta’ Valletta 2018 biex tibqa tkun inklussiva kif dejjem kienet biex Valletta 2018 ukoll tibqa’ sservi bħala sors ta’ għaqda bejn il-poplu.