Wara li s-sena l-oħra, kisbet suċċess bil-kanzunetta ‘Take U Home’, li għamlita sal-quċċata tal-kassifika Maltija, l-artista Kelsey Bellante għadha kemm nediet l-kanzunetta l-ġdida tagħha, bl-isem ta’ ‘S.W.E.A.T’.
Bi stil reggae kontemporanju, ‘S.W.E.A.T’ għandha kitba ta’ Daniel “Siconix” Borg, Anthea, Matt “Muxu” Mercieca u l-istess Kelsey Bellante, waqt li l-produzzjoni hi ta’ Siconix Music.
Din hi l-ewwel darba li Kelsey qed taħdem ma’ dan it-tim, anke jekk hi u Anthea huma żewġ membri fil-grupp Erba’, li s-sena l-oħra ddebutta fil-Malta Eurovision Song Contest fejn kiseb ir-raba’ post.
Il-filmat, li qed jakkumpanja d-diska ‘S.W.E.A.T’, għandu direzzjoni ta’ Kurt Cauchi minn iCam Studios.
F’kummenti dwar il-kanzunetta, Kelsey qalet li, “għall-bidu, il-lirika bdiet teħodni f’diversi postijiet differenti, iżda x’ħin iltqajna bħala grupp, ħassejna li l-attrazzjoni fiżika bejn żewġ minn nies u kif persuna jaf tasal tagħmel minn kollox biex tiġbed l-attenzjoni ta’ dak li jkun.”