Nhar is-6 ta’ Ottubru se ssir l-Arraiolos f’ Malta, laqgħa bejn il-Preaidenti tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea.
Ħabbar din il-President ta’ Malta George Vella dalgħodu fil-Palazz tal-Granmastru.
L-Arraiolos bdiet fl-2003 fil-Portugall u baqgħet issir kull sena għajr l-2020. Din hija t-tieni darba li Malta se tkun qed tosspita din il-laqgħa, l-ewwel darba kien fl-2017.
Minkejja li m’hemmx aġenda fissa, il-Presidenti jitkellmu fuq suġġetti li jolqtu l-aktar lil pajjiżhom, iżda wkoll sfidi komuni li għandhom jiġu ndirizzati mill-istati kollha flimkien fosthom it-tibdil fil-klima u anke dak li qed jiġri fil-Lvant tal-Ewropa, il-gwerra fl-Ukrajna.
Għal din il-laqgħa se jattendi wkoll il-President tal-Italja Sergio Mattarella minkejja li l-Italja bħalissa tinsab waqt kampanja elettorali. Kif ukoll, għall-ewwel darba se tattendi l-President tal-Islovakkja Zuzana Čaputová.
Il-laqgħa se ssir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzo l-MCC, filwaqt li wars se jsiru laqgħat bilaterali bejn il-President Vella u wħud mill-presidenti fil-Palazz ta’ San Anton.
Mrs Vella se tkun qed tospista n-nisa, l-irġiel u l-partbers tal-Presidenti.