L-armla ta’ Alexei Navalny wegħdet li tkompli bil-ħidma ta’ żewġha biex tiġġieled għal “Russja ħielsa”.
Yulia Navalnaya qalet dan meta fil-bidu ta’ ġimgħa ġdida, iltaqgħet ma’ Ministri Ewropej fi Brussell.
F’filmat li ppubblikat, hija tefgħet il-ħtija tal-mewt ta’ żewġha fuq Vladimir Putin, u qalet li taf eżattament għaliex qatlu tlett ijiem ilu u daqt se tagħmel din l-informazzjoni pubblika.
L-awtoritajiet tal-ħabs Russu fejn miet Navalny qalu li miet f’daqqa, iżda alleati tiegħu jemmnu li nqatel fuq ordnijiet ta’ Vladimir Putin.
Navalny, ta’ sebgħa u erbgħin sena, kien wieħed mill-aktar kritiċi voċiferi ta’ Putin, u kien il-ħabs fuq akkużi li ħafna kienu jgħidu li kienu motivati politikament.