Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Armenja u l-Ażerbajġan, ilberaħ kellhom taħditiet dwar trattat ta’ paċi f’Ġinevra. Dawn it-taħditiet qed isiru fi sfond ta’ ġlied li ħalla minn tal-inqas 286 persuna mejta x-xahar li għadda.
Il-ġlied bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh imur lura fis-snin 90 u reġa’ feġġ fl-2020.
L-Ażerbajġan sejjaħ għall-irtirar sħiħ tal-armata Armena mit-territorji tal-Ażerbajġan, filwaqt li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Armenja qal li iż-żewġ naħat tkellmu dwar ideat għat-trattat ta’ paċi u kif se jiżguraw id-dritijiet u l-garanzija tas-sigurtà tal-Armeni f’Nagorno-Karabakh.