L-Armenja u l-Ażerbajġan akkużaw lil xulxin li attakkaw żoni residenzjali fir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh.
L-Ażerbajġan qalet li attakk mill-Armeni qatel minn tal-inqas 13-il persuna f’Ganja, belt ‘il bogħod minn fejn qed isir il-ġlied. L-Armenja akkużat lill-Ażerbajġan li bbumbardjat residenzi f’Stepanakert.
Il-ġlied kompla minkejja li fi tmiem il-ġimgħa li għadda ż-żewġ naħat qablu għall-waqfien mill-ġlied.