L-Armenja rebħet il-Junior Eurovision Song Contest li sar illejla f’Pariġi.
Maléna rebħet bil-kanzunetta ‘Qami Qami’.
Il-kanzunetta rebbieħa kisbet 224 punt u permezz tal-vot online u l-ġurija rnexxielha tegħleb l-isfida ta’ pajjiżi bħal Franza, il-Ġorġja u l-Polonja.
Din hija t-tieni darba li l-Armenja rebħet il-Junior Eurovision u bħala pajjiż dejjem mar tajjeb f’dan il-festival hekk kif dejjem ġie mal-ewwel għaxra.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena pparteċipaw 19-il pajjiż, fosthom Malta.
Malta kienet rappreżentata minn Ike u Kaya.
Huma spiċċaw fit-12-il post bil-kanzunetta ‘My Home’.
Fl-intervall kantant Barbara Pravi, li ġiet fit-tieni post fil-Eurovision Song Contest li għadda.