L-Armenja, l-Ażerbajġan u r-Russja ffirmaw ftehim li jtemm il-kunflitt militari f’Nagorno-Karabakh. Dan wara sitt ġimgħat sħaħ ta’ ġlied u vjolenza, deskritti bħala l-agħar mid-disgħinijiet, meta kien hemm qbil fuq il-waqfien mill-ġlied.
Il-ftehim jgħid fost l-oħrajn li l-Ażerbajġan se jkun jista’ jżomm l-inħawi ta’ Nagorno-Karabakh li kiseb hu fl-aħħar kunflitt, bl-Armenja taqbel li titlaq minn żoni viċin dawn fil-ġimgħat li ġejjin. Il-ftehim daħal fis-seħħ it-Tlieta.
Jidher li l-ftehim ma niżel xejn tajjeb mal-Armeni, hekk kif sigħat wara, numru ta’ dimostranti daħlu l-parlament b’rabja u ħebbew fost l-oħrajn għall-Ispeaker tal-Parlament.