Ilbieraħ waranofsinhar, il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw Ingliż ta’ 40 sena li sab ruħu f’diffikultà f’Wied iż-Żurrieq.
Il-ħelikopter AW139 intbagħat lejn iż-żona, bil-pazjent sussegwentament ittieħed lejn l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.