Kważi tliet xhur wara l-attakk tas-sebgħa ta’ Ottubru mill-grupp Hamas, il-Gvern Iżraeljan ħabbar li, b’mod temporarju, se jkun qed jirtira bosta suldati mill-armata tiegħu f’Gaza, minħabba sitwazzjoni ekonomika li tinsab għarkupptejha.
Numru ta’ Palestinjani rrapportaw li fil-parti tat-tramuntana ta’ Gaza, inkluż il-belt ta’ Jabaliya, numru ta’ suldati dehru jħallu posthom fejn kien ilhom għal dawn l-aħħar ġimgħat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-fatt, mal-aħbar, uħud minn dawk li ħarbu mit-tramuntana ta’ Gaza ddeċidew li jirritornaw lejn djarhom sabiex jaraw kif il-gwerra affetwathom.
Madankollu, il-Ministru għad-Difiża Iżraeljan, Yoav Gallant, waqt żjara f’Gaza stess, xorta waħda saħaq li l-gwerra mhux se tieqaf.