Eluf ta’ Palestinjani evakwaw il-kamp ta’ refuġju f’Jenin hekk kif l-armata Iżraelita għadha għaddejja b’waħda mill-akbar operazzjonijiet estensivi fil-belt.
L-awtoritajiet Palestinjani qed jirrapportaw li disa’ Palestinjani nqatlu u aktar minn mija oħrajn indarbu.
Iżrael itenni li l-operazzjoni qed issir biex twaqqaf l-attivitajiet terroristiċi fil-belt, li skonthom saret refuġju għal attivitajiet simili. L-armata Iżraelita qalet li l-operazzjoni tinsab qrib li titlesta hekk kif ġew arrestati iktar minn 120 persuni maħsuba li jagħmlu parti minn ċirku terroristiku.
Min-naħa l-oħra, il-Palestinjani jisħqu li Iżrael qed iwettaq reati tal-gwerra u reati kontra l-umanità.