L-Iran saħaq li waqqa’ l-ajruplan tal-linja tal-ajru Ukrena permezz ta’ missili sparati.
L-armata Iranjana qalet li dan sar bi żball meta sparat numru ta’ missili ballistiċi lejn bażijiet militari Amerikani fl-Iraq.
F’dikjarazzjoni maħruġa mill-militar Iranjan intqal li l-ajruplan li telaq mill-ajruport ta’ Tehran tar f’żona sensittiva.
Konsegwenza ta’ dan il-każ, inqatlu 176 persuna li kienu abbord l-ajruplan li kien fi triqtu lejn il-kapitali Ukrena, Kyiv.
Fost il-passiġġieri kien hemm numru ta’ ċittadini Kanadiżi, Ġermaniżi, Ukreni u Ingliżi.
Inizzjalment l-Iran kien ċaħad l-allegazzjonijiet li waħda mill-missili waqqgħet l-ajruplan, iżda fuq twitter, il-President Iranjan Hassan Rouhani qal li dan kien żball mhux skużabbli.