L-armata Ingliża ser tkun qed tgħin fid-distribuzzjoni ta’ tagħmir protettiv lill-ħaddiema tal-NHS li jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-Coronavirus.
L-isptarijiet kienu mgħarrfa li ser ikunu qed jirċievu tagħmir protettiv personali bħall-maskli, ingwanti u lbies protettiv fost oħrajn il-ħin kollu.
L-armata ser tkun qed tagħti s-sapport tagħha wara l-ħaddiema tal-NHS stqarru li m’għandhomx tagħmir tajjeb biżżejjed biex jipproteġu lilhom infushom waqt li jkunu qed jagħmlu xogħolhom ma’ nies li għandhom il-Coronavirus.
Madwar 4,000 ħaddiem tal-NHS iffirmaw ittra li fiha ndirizzaw lill-Prim Ministru Boris Johnson u qalulu biex “jipproteġi ħajjet dawk li jsalvaw il-ħajjiet” filwaqt li qalulu biex jirriżolvi n-nuqqas inaċċettabbli ta’ tagħmir protettiv.