L-Armata Ingliża tinsab lesta sabiex tassisti u ttaffi l-problemi li hemm bħalissa fir-Renju Unit fil-provvista tal-fjuwil, hekk kif għar-raba’ jum il-pompi tal-petrol raw sriebet ta’ kjuwijiet.
Iż-żieda fid-domanda ġiet fost il-biża’ minn xufiera li jispiċċaw bla fjuwil fil-vetturi tagħhom.
Infatti, huwa stmat li r-Renju Unit m’għandux biżejjed fjuwil biex jissuplixxi lil aktar minn 100,000 sewwieq tat-trakkijiet tal-merkanzija fost oħrajn; għaliex dan in-nuqqas qed jikkawża wkoll problemi lil numru ta’ industriji fosthom tal-ikel u supermarkets.
Filwaqt li anke ħaddiema tas-saħħa u tal-kura fis-soċjetà qed jitolbu biex jingħataw il-fjuwil biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom.
Il-Ministru għall-Intrapriżi Ingliż qal li l-Armata tinsab lesta għal kull sejħa għall-appoġġ, stqarr li dan kien pass ta’ prekawzjoni f’din is-sitwazzjoni kaotika li jinsab fiha r-Renju Unit.